Tuesday, 9 November 2010




Opening Doors tippreżenta 'Moi et Nous / Jien u Aħna'

Opening Doors ser tippreżenta x-xogħol tagħha għall-pubbliku ġenerali f’Malta għall-ewwel darba.

Il-performance tagħna tħares b’mod artistiku lejn il-mod ta’ kif nies jirrelataw ma’ xulxin.
Nies li jafu jkunu waħedhom kif ukoll ma’ oħrajn. Kalejdoskopju ta’ sentimenti.


Il-performance ‘Jien u Aħna/ Moi et Nous’ ser tittella fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-aħħar weekend ta’ Novembru.
Il-ħinijiet huma
26 ta’Novembru fl-10.30 ta’ fil-għodu
27 ta’Novembru fit-8 ta’ fil-għaxija
28 ta’ Novembru fis-6 ta’ fil-għaxija.

Biljetti b’xejn ghas-sibt u l-ħadd jistgħu jinġabru mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt. Ċemplu 21223200 jew 21223216, jew araw www.sjcav.org.


Opening Doors presents 'Moi et Nous / Jien u Aħna
'

Opening Doors draws its curtains for the first time to the general public in Malta.

Our performance takes an artistic look at the way in which people relate with each other. People who know how to be alone as well as with others. A kaleidoscope of emotions.

The performance will be held at the theatre of St. James Cavalier during the last weekend of November.

Booking now open for the performances on Saturday 27th at 8pm or Sunday 28th at 6pm. Phone St. James Cavalier on 21223200 or 21223216. Alternatively you may view the website: www.sjcav.org

Tuesday, 2 November 2010

Ix-xogħol ta’ qabel il-performance


Bħalissa qegħdin nibnu x-xogħol biex intellawh għal performance f’Novembru. Ix-xogħol tal-performance jinkludi ħafna affarijiet li qed nibnu flimkien: ix-xeni, id-dwal, il-kostumi, il-mużika, is-sfin, props, u x-xogħol tal-attur: il-committment lejn ix-xogħol, ħin kollu attenti, ma tkunx mistħi, li ma tgħajjatx imma titkellem b’sound għoli. Attur tajjeb jaħseb fl-udjenza tiegħu, jikkonċentra, irid ikun mhux mitluq imma jżomm lilu nnifsu dritt, b’entużjażmu u focus li fl-aħħar tas-session ngħajjew. Fis-session tad-drama ħafna drabi nibdew f’ċirku, inħarsu f’għajnejn xulxin, nimxu u nagħmlu kuntatt u min hemm joħorgu x-xeni minn improvisations qosra. Per eżempju, x-xena ta’ Farfarni bdiet minn sempliċi azzjoni ta tfarfir li improviżżajna imbagħad min kien qed jaħdem fiha irreaġixxa bazzjoni tiegħu sakemm ix-xena bdiet tieħu storja. Barra minn dan ix-xogħol, naħdmu ukoll fuq ix-xeni li nkunu diġa żviluppajna. Naqbdu xena li hija għada baxxa fil-kwalita u naħdmu biex tkun aħjar billi nidħlu f’iktar dettall u naraw x’jonqosna.


Bħalissa qed nintaqaw iktar ta spiss, kważi kuljum. Kull nhar ta Tlieta (administration), drama nhar ta Ħamis u meta jkollna bżonn bħas-Sibt u ġieli nhar ta Tnejn. Ix-xogħol tal-Production Team qed isir waqt is-sessions tad-drama skond kif jinqala l-bżonn. Qed naħdmu ħafna għal performance tagħna: ‘Jien u Aħna; Moi et Nous’ li jmissna fl-aħħar ta’ Novembru. Daqt tkunu tistgħu tibookjaw il-biljetti tagħkom mill-Kavallier ta’ San Ġakbu. Għalhekk erġgħu żuru dan il-blog fejn ħa nkomplu ntellgħu iktar informazzjoni daqt.



Friday, 15 October 2010

Opening Doors tippreżenta 'Moi et Nous / Jien u Aħna'

Opening Doors ser tippreżenta x-xogħol tagħha għall-pubbliku ġenerali f’Malta għall-ewwel darba. Il-performance ser tittella’ fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-aħħar weekend ta’ Novembru: 26, 27 u 28 ta’ Novembru 2010.

Għal iktar tagħrif, ibgħatilna email: openingdoorsmalta@gmail.com

Monday, 11 October 2010

Tuesday, 5 October 2010

Ir-ritratti tal-performance 'L-Iljun Ikkonvertit'.


F'dan ir-ritratt jidher li hemm xi ħaġa ħajja fil-mod ta' kif Sara qegħda tiċċaqlaq u Joseph qiegħed iħares. Jidher ukoll parti mill-kostum li ħdimna aħna - il-puppet u l-kostum ta iljun.











Juri l-bidu tal-istorja ul-ħbiberija bejn l-iljun uż-żiemel. Din tidher meta ż-żiemel joffri t-tuffiegħa.

















Juri l-azzjoni ta' Redeemer li ħarġet mix-xogħol tas-session fejn Redeemer ħadem fuq azzjonijiet ta' mirakli.














Naraw il-kostum ta' fjura li ħdimna flimkien.



























Dawn iż-żewġ ritratti jittrattaw il-qofol tal-performance tagħna. It-tieni ritratt juri fejn l-iljun jibla' rasu stess u jibda t-tibdil. L-ewwel ritratt juri lil Redeemer ilibbes mantell lill-iljun prinċep. Dawn iż-żewġ mumenti huma ż-żewġ climax tal-play.






David Bezzina bil-puppet ta' żiemel. Din l-istampa ma turix l-istorja imma turi x-xogħol li ħdimna fuq il-props.












Ir-ritratt t'hawn taħt juri ħafna mill-karattri fosthom il-fjura, il-prinċep, iż-żiemel u l-iljuni tal-foresta. Jidher ukoll l-ispazju kollu.

Tuesday, 28 September 2010

Administration Team Video


Dan il-video jispjega x’inhu Opening Doors.

Jurina ix-xogħol li jagħmlu l-Administration Team minn wara l-kwinti li n-nies ma jkunux jafu bih. L-Administration Team huwa l-isem tal-grupp amministrattiv tal-grupp tad-drama Opening Doors. Dan it-team huwa responsabbli biex jippreżenta x-xogħol tal-Opening Doors u jgħaddi l-informazzjoni lil pubbliku ġenerali. Dan il-video jibda’ billi jispjega x-xogħol tagħna u jippreżenta l-individwi wara l-Administration Team. Agħfas fuq il-video biex tara iktar dettallji u jekk tixtieq ħalli kumment.

It-team huwa:-

Jason Abdilla

Caroline Bajada

Redeemer Chetcuti

Andrew Spiteri Debono

Aldith Gauci

Sara Polidano

Grazzi – Administration Team