Tuesday, 2 November 2010

Ix-xogħol ta’ qabel il-performance


Bħalissa qegħdin nibnu x-xogħol biex intellawh għal performance f’Novembru. Ix-xogħol tal-performance jinkludi ħafna affarijiet li qed nibnu flimkien: ix-xeni, id-dwal, il-kostumi, il-mużika, is-sfin, props, u x-xogħol tal-attur: il-committment lejn ix-xogħol, ħin kollu attenti, ma tkunx mistħi, li ma tgħajjatx imma titkellem b’sound għoli. Attur tajjeb jaħseb fl-udjenza tiegħu, jikkonċentra, irid ikun mhux mitluq imma jżomm lilu nnifsu dritt, b’entużjażmu u focus li fl-aħħar tas-session ngħajjew. Fis-session tad-drama ħafna drabi nibdew f’ċirku, inħarsu f’għajnejn xulxin, nimxu u nagħmlu kuntatt u min hemm joħorgu x-xeni minn improvisations qosra. Per eżempju, x-xena ta’ Farfarni bdiet minn sempliċi azzjoni ta tfarfir li improviżżajna imbagħad min kien qed jaħdem fiha irreaġixxa bazzjoni tiegħu sakemm ix-xena bdiet tieħu storja. Barra minn dan ix-xogħol, naħdmu ukoll fuq ix-xeni li nkunu diġa żviluppajna. Naqbdu xena li hija għada baxxa fil-kwalita u naħdmu biex tkun aħjar billi nidħlu f’iktar dettall u naraw x’jonqosna.


Bħalissa qed nintaqaw iktar ta spiss, kważi kuljum. Kull nhar ta Tlieta (administration), drama nhar ta Ħamis u meta jkollna bżonn bħas-Sibt u ġieli nhar ta Tnejn. Ix-xogħol tal-Production Team qed isir waqt is-sessions tad-drama skond kif jinqala l-bżonn. Qed naħdmu ħafna għal performance tagħna: ‘Jien u Aħna; Moi et Nous’ li jmissna fl-aħħar ta’ Novembru. Daqt tkunu tistgħu tibookjaw il-biljetti tagħkom mill-Kavallier ta’ San Ġakbu. Għalhekk erġgħu żuru dan il-blog fejn ħa nkomplu ntellgħu iktar informazzjoni daqt.



No comments:

Post a Comment