Friday, 15 October 2010

Opening Doors tippreżenta 'Moi et Nous / Jien u Aħna'

Opening Doors ser tippreżenta x-xogħol tagħha għall-pubbliku ġenerali f’Malta għall-ewwel darba. Il-performance ser tittella’ fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-aħħar weekend ta’ Novembru: 26, 27 u 28 ta’ Novembru 2010.

Għal iktar tagħrif, ibgħatilna email: openingdoorsmalta@gmail.com

Monday, 11 October 2010

Tuesday, 5 October 2010

Ir-ritratti tal-performance 'L-Iljun Ikkonvertit'.


F'dan ir-ritratt jidher li hemm xi ħaġa ħajja fil-mod ta' kif Sara qegħda tiċċaqlaq u Joseph qiegħed iħares. Jidher ukoll parti mill-kostum li ħdimna aħna - il-puppet u l-kostum ta iljun.











Juri l-bidu tal-istorja ul-ħbiberija bejn l-iljun uż-żiemel. Din tidher meta ż-żiemel joffri t-tuffiegħa.

















Juri l-azzjoni ta' Redeemer li ħarġet mix-xogħol tas-session fejn Redeemer ħadem fuq azzjonijiet ta' mirakli.














Naraw il-kostum ta' fjura li ħdimna flimkien.



























Dawn iż-żewġ ritratti jittrattaw il-qofol tal-performance tagħna. It-tieni ritratt juri fejn l-iljun jibla' rasu stess u jibda t-tibdil. L-ewwel ritratt juri lil Redeemer ilibbes mantell lill-iljun prinċep. Dawn iż-żewġ mumenti huma ż-żewġ climax tal-play.






David Bezzina bil-puppet ta' żiemel. Din l-istampa ma turix l-istorja imma turi x-xogħol li ħdimna fuq il-props.












Ir-ritratt t'hawn taħt juri ħafna mill-karattri fosthom il-fjura, il-prinċep, iż-żiemel u l-iljuni tal-foresta. Jidher ukoll l-ispazju kollu.