Tuesday, 9 November 2010




Opening Doors tippreżenta 'Moi et Nous / Jien u Aħna'

Opening Doors ser tippreżenta x-xogħol tagħha għall-pubbliku ġenerali f’Malta għall-ewwel darba.

Il-performance tagħna tħares b’mod artistiku lejn il-mod ta’ kif nies jirrelataw ma’ xulxin.
Nies li jafu jkunu waħedhom kif ukoll ma’ oħrajn. Kalejdoskopju ta’ sentimenti.


Il-performance ‘Jien u Aħna/ Moi et Nous’ ser tittella fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-aħħar weekend ta’ Novembru.
Il-ħinijiet huma
26 ta’Novembru fl-10.30 ta’ fil-għodu
27 ta’Novembru fit-8 ta’ fil-għaxija
28 ta’ Novembru fis-6 ta’ fil-għaxija.

Biljetti b’xejn ghas-sibt u l-ħadd jistgħu jinġabru mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt. Ċemplu 21223200 jew 21223216, jew araw www.sjcav.org.


Opening Doors presents 'Moi et Nous / Jien u Aħna
'

Opening Doors draws its curtains for the first time to the general public in Malta.

Our performance takes an artistic look at the way in which people relate with each other. People who know how to be alone as well as with others. A kaleidoscope of emotions.

The performance will be held at the theatre of St. James Cavalier during the last weekend of November.

Booking now open for the performances on Saturday 27th at 8pm or Sunday 28th at 6pm. Phone St. James Cavalier on 21223200 or 21223216. Alternatively you may view the website: www.sjcav.org

Tuesday, 2 November 2010

Ix-xogħol ta’ qabel il-performance


Bħalissa qegħdin nibnu x-xogħol biex intellawh għal performance f’Novembru. Ix-xogħol tal-performance jinkludi ħafna affarijiet li qed nibnu flimkien: ix-xeni, id-dwal, il-kostumi, il-mużika, is-sfin, props, u x-xogħol tal-attur: il-committment lejn ix-xogħol, ħin kollu attenti, ma tkunx mistħi, li ma tgħajjatx imma titkellem b’sound għoli. Attur tajjeb jaħseb fl-udjenza tiegħu, jikkonċentra, irid ikun mhux mitluq imma jżomm lilu nnifsu dritt, b’entużjażmu u focus li fl-aħħar tas-session ngħajjew. Fis-session tad-drama ħafna drabi nibdew f’ċirku, inħarsu f’għajnejn xulxin, nimxu u nagħmlu kuntatt u min hemm joħorgu x-xeni minn improvisations qosra. Per eżempju, x-xena ta’ Farfarni bdiet minn sempliċi azzjoni ta tfarfir li improviżżajna imbagħad min kien qed jaħdem fiha irreaġixxa bazzjoni tiegħu sakemm ix-xena bdiet tieħu storja. Barra minn dan ix-xogħol, naħdmu ukoll fuq ix-xeni li nkunu diġa żviluppajna. Naqbdu xena li hija għada baxxa fil-kwalita u naħdmu biex tkun aħjar billi nidħlu f’iktar dettall u naraw x’jonqosna.


Bħalissa qed nintaqaw iktar ta spiss, kważi kuljum. Kull nhar ta Tlieta (administration), drama nhar ta Ħamis u meta jkollna bżonn bħas-Sibt u ġieli nhar ta Tnejn. Ix-xogħol tal-Production Team qed isir waqt is-sessions tad-drama skond kif jinqala l-bżonn. Qed naħdmu ħafna għal performance tagħna: ‘Jien u Aħna; Moi et Nous’ li jmissna fl-aħħar ta’ Novembru. Daqt tkunu tistgħu tibookjaw il-biljetti tagħkom mill-Kavallier ta’ San Ġakbu. Għalhekk erġgħu żuru dan il-blog fejn ħa nkomplu ntellgħu iktar informazzjoni daqt.