Għażiż/a,
Grazzi
talli urejt l-interess tiegħek f’Opening Doors. F’din l-ittra għandek issib xi
informazzjoni bażika dwar l-assoċjazzjoni. Opening Doors hija assoċjazzjoni li
tipprovdi spazju għal persuni b’diżabilita’ intelletwali sabiex jaħdmu artisikament
flimkien.
Opening
doors beda fl-2008 bħala proġett tat-teatru li għen biex grupp ta’ atturi b’diżabilita’
jaħdmu flimkien u jtellaw xogħol teatrali. Opening Doors ħadem fi proġetti u
tella’ performances kemm Malta (Il-Kavallier ta’ San Ġakbu, Valletta) kif ukoll
flimkien ma’ kumpaniji oħra barra minn Malta (Il-Belġju, l-Ingilterra u Franza).
L-etika ta’
Opening Doors lejn il-bniedem s’issa iffurmat l-bażi tax-xogħol teatrali:
sensittivita’ lejn ħaddieħor, żvilupp f’ħiliet personali u artistiċi, u
l-preżentazzjoni tax-xogħol. Twassal ukoll sabiex l-artisti jgħarfu lil xulxin
bħala ħbieb, u individwi bit-talenti u kapaċitajiet varji. Opening Doors toffri esperjenza ta’
indipendenza fejn il-parteċipanti
jħossuhom kuntenti u komdi jesprimu lilhom infushom Fi ħdan ix-xogħol jitwieġbu
anki mistoqsijiet bħal “Aħna min aħna?”u “Jien min jien?”
Opening Doors jiltaqa’ Il-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. L-artisti huma milqugħin f’dan il-post fejn jistgħu jħossu
fiduċja fil-kapaċitajiet taghħom, jistgħu jinsew id-dwejjaq ta’
barra u jinagħqdu lura
mal-familja artistika taghħom. Il-post huwa attrezzat bid-dawl, mużika u huwa ukoll aċċessibli.
L-atturi
li huma attivi fi proġetti artistiċi jiġu magħżulin mill-grupp ta’ membri
ġenerali mid-direttur artistiku tal-proġett. Biex turi l-interess tiegħek
fl-assoċjazzjoni, kif ukoll turi interess biex tissieħeb bħala artist attiv
idħol membru. Hekk tkun tista’ tiġi infurmat meta qed infittxu artisti attivi
ġodda, dwar workshops li jkunu miftuħin għall-membri, performances, u
attivitajiet oħrajn tal-assoċjazzjoni. Biex issir membru imla’ il-formola tal-applikazzjoni
għall-membri u ibgħatha lill-Assoċjazzjoni Opening Doors flimkien mal-ħlas
tal-miżata (10Eur). Il-miżata trid titħallas darba kull sena.
Hemm
diversi modi kif wieħed jista’ jissieħeb bħala Membru:
Membru Full huwa l-applikant, li għandu minn tmintax-il sena ‘l fuq (18+) u li għandu
diżabilitá intelletwali, jixtieq jissieħeb bħala attur u jieħu sehem b’mod
attiv fil-proġetti tal-Opening Doors bħala attur.
Ħlas:
€10 fis-sena.
Benefiċċji huma li jieħu sehem b’mod attiv artistikament
fil-proġetti ta` Opening doors jew jgħin lill-Opening Doors u lill-artisti
tagħha u jirċievi l-informazzjoni b’mod
regulari mingħand l-Assoċjazzjoni.
Membru Bħala Familja: L-applikant jixtieq jissieħeb bħala familja. Ma jistax
ikun hemm iktar minn erba’ (4) membri tal-familja fl-istess sħubija. F’dan
il-kaz huwa importanti li kull membru jimla’ formola għalih/a.
Hlas:
€20 fis-sena għall-familja waħda (ta’ mhux iktar minn erba’ membri).
Il-Benefiċċji
huma skontijiet meta jitellgħu produzzjonijiet mill-Opening Doors u jirċievu
l-informazzjoni b’mod regulari mingħand l-Assoċjazzjoni.
Kull
membru għandu dritt għal vot wieħed fil-laqgħa ġenerali annwali. Għal formola ta' l-applikazzjoni kklikja hawn.
Grazzi
bil-quddiem,
Opening
Doors