F'dan ir-ritratt jidher li hemm xi ħaġa ħajja fil-mod ta' kif Sara qegħda tiċċaqlaq u Joseph qiegħed iħares. Jidher ukoll parti mill-kostum li ħdimna aħna - il-puppet u l-kostum ta iljun.
Juri l-bidu tal-istorja ul-ħbiberija bejn l-iljun uż-żiemel. Din tidher meta ż-żiemel joffri t-tuffiegħa.
Juri l-azzjoni ta' Redeemer li ħarġet mix-xogħol tas-session fejn Redeemer ħadem fuq azzjonijiet ta' mirakli.
Naraw il-kostum ta' fjura li ħdimna flimkien.
Dawn iż-żewġ ritratti jittrattaw il-qofol tal-performance tagħna. It-tieni ritratt juri fejn l-iljun jibla' rasu stess u jibda t-tibdil. L-ewwel ritratt juri lil Redeemer ilibbes mantell lill-iljun prinċep. Dawn iż-żewġ mumenti huma ż-żewġ climax tal-play.
David Bezzina bil-puppet ta' żiemel. Din l-istampa ma turix l-istorja imma turi x-xogħol li ħdimna fuq il-props.
Ir-ritratt t'hawn taħt juri ħafna mill-karattri fosthom il-fjura, il-prinċep, iż-żiemel u l-iljuni tal-foresta. Jidher ukoll l-ispazju kollu.
No comments:
Post a Comment